Martin Ellul Mercer, il-Malti li kien jinsab fil-belt assedjata ta’ Kharkiv fl-Ukranja ħareġ minn din il-belt u qasam bil-mixi lejn il-Polonja fi vjaġġ li ħa 28 siegħa.
Hekk kif irrakkonta dan fuq il-midja soċjali huwa qal li kien flimkien ma’ mijiet ta’ oħrajn li esperjenzaw dak li għadda minnu.
Qal kif il-vjaġġ dam kważi 28 siegħa u matul dan il-perjodu rrealizza r-reżiljenza u l-ġenerożità tan-nies
“Xi darba nirritorna f’dan il-pajjiż mill-isbaħ u apparti li nirringrazzja lil kulħadd f’Malta inkluż lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, l-Ambaxxata ta’ Malta fil-Polonja u l-assistent tal-Kunsill onorarju f’Kyev għall-appoġġ li ngħatali, nixtieq nirringrazzja lill-poplu Ukren tal-ġenerożità tagħhom,” qal Martin Ellul Mercer.
Aqra dak li kien irrakkonta magħna f’dawn l-aħħar jiem: ARA: “Qed inħoss iktar l-istress tal-kunflitt… trid iġġewwes l-ikel… lest ngħin fl-isptarijiet”