Friday, November 15, 2024

Il-Maltin b’riżultati mħallta fil-World Blackball Championships

Aqra wkoll

It-Tlieta filgħaxija bdiet il-kompetizzjoni individwali tal-kampjonat dinji tal-Blackball li qed isir fil-belt Franċiża ta’ Albi kemm fil-kategorija tal-irġiel kif ukoll dik tas-seniors bil-parteċipazzjoni ta’ diversi players minn pajjiżi differenti.

Kollox beda mill-fażi tal-aħħar 256 fejn tmien plejers Maltin waslu għal mal-aħħar 64 bi b’Johan Attard, Owen Amato, Mevric Zammit u Clevion Micallef li ħarġu rebbieħa filwaqt li Clint Grima, Marco Debono, Dejan Grech u Michel Curmi jitilfu l-logħba tagħhom.

Sadanittant kien hemm ukoll il-kategorija ta’ taħt it-18-il sena fejn iż-żgħażagħ Maltin li rebħu lill-Iskozja 15-10. B’din ir-rebħa, huma jinsabu fit-tieni post tal-klassifika punt wara l-Ingilterra meta fadal erba’ logħbiet oħra għat-tmiem sabiex eventwalment ikun hemm hemm il-fażi eliminatorja.

L-Erbgħa miss li jintlagħab il-logħob mill-fażi tal-aħħar 32 tal-irġiel u tas-seniors kif ukoll mill-kategorija ta’ taħt it-18-il sena.

Ekonomija

Sport