It-tim nazzjonali Malti tal-hockey għeleb lil Lussemburgu 7-0 sabiex kisbu t-tieni rebħa fil-Euro Hockey 3 li qed issir fil-belt Torka ta’ Kirklareli.
Il-Maltin iddominaw għal kollox dan il-konfront fejn kellhom lil Luke Bajada l-eroj meta skorja tliet gowls filwaqt li Keith Bajada kien awtur ta’ doppjetta. Alessandro Amore u Luke Borg Costanzi skorjaw il-gowls l-oħra.
Malta ttemm l-impenji tagħha f’din il-kompetizzjoni hekk kif jaffaċċjaw lill-Finlandja.