Fil-ħames ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, il-Maltin komplew jibbrillaw b’aktar rebħ ta’ midalji fejn b’kollox s’issa rbaħna total ta’ 25 deheb, 18 fidda u 18 bronż.
Għawm
Georgia Bohl spiċċat l-ewwel fil-finali tal-50m breaststroke b’ħin ta’ 32:04.
Sasha Gatt żieded midalja tal-fidda għal pajjiżna hekk kif temmet fit-tieni post fit-tellieqa tal-1500m freestyle.
Thomas Wareing ukoll rebaħ il-fidda għal pajjiżna fit-tellieqa tal-400m individual medley.
Dylan Cachia kiseb il-bronż għal pajjiżna hekk kif temm fit-tielet post fit-tellieqa tal-1500m freestyle.
Rudi Spiteri spiċċa fis-seba’ post fil-finali tiegħu tal-50m butterfly b’ħin ta’ 25.18.
Michela Portelli ukoll temmet fis-seba’ post fil-finali tagħha tal-50m butterfly tan-nisa, u temmet it-tellieqa fi 28.90.
Michael Stafrace spiċċa fit-tmien post fil-50m breastsroke b’ħin ta’ 29.78 sekondi.
Amy Micallef spiċċat fis-seba’ post fl-istess tiġrija.
Victoria Balderacchi temmet fis-seba’ post fil-finali tal-50m backstroke f’ħin ta’ 31:53.50.
Sadanittant, Nathan McCleave u Matthew Galea tilfu midalja fil-50m backstroke b’tal-ewwel resaq qrib hekk kif temm fir-raba’ post.
Basketball
It-team nazzjonali tan-nisa tal-basketball safa megħlub mil-Lussemburgu bl-iskor ta’ u 75-69, u b’hekk se jkun qed jikkompeti għall-midalja tal-bronż illum fl-10am.
Rugby: Żewġ rebħiet għat-tim Malti tal-irġiel … telfa għat-tim tan-nisa
It-team tal-irġiel tar-rugby l-ewwel affronta lil Monaco fejn ħareġ rebbieħ bl-iskor kbir ta’ 24-7.
F’din il-partita ġew registrati tries minn Chris Dudman, darbtejn, Brendan Dalton u Zarrin Galea li ssiġilalw rebha impressjonati
Il-Maltin kellhom tliet players li ġew murija l-karta s-safra matul il-partita, tnejn minnhom fi spazju ta’ ħames minuti, fejn ħallew lit-team bi player inqas. Iżda xorta waħda, żammew sodi biex irreġistraw rebħa vitali.
Fit-tieni logħba, Malta umiljat lil San Marino meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 33-0, biex assiguraw midalja tal-fidda.
Intant, wirja qalbiena ma kinitx biżżejjed għat-team tan-nisa hekk kif safa megħlub minn Andorra bl-iskor ta’ 29-12.
IBBURDJAR
L-aħħar ġurnata tat-tiġrijiet tal-Optimist u ILCA 4 ġiet imfixkla u kellha tiffaċċja tmiem prematur minħabba nuqqas ta’ riħ.
It-tiġrijiet kollha kienu inizjalment posposti għal ħin aktar tard iżda bosta twissijiet ġiegħlu ż-żewġ tiġrijiet jintemmu.
Dan ifisser li Malta ġiet ikkonfermata bħala r-rebbieħa tad-deheb, fidda, u bronż kemm fil-bniet kif ukoll fis-subien tal-klassi Optimist.
Fil-kategorija ILCA 4, Malta hija garantita fidda u bronż fl-avveniment tal-irġiel u fidda fin-nisa.