Friday, November 15, 2024

“Il-Maltin ma jridux jaħdmu fil-catering minħabba s-sigħat u mhux minħabba l-pagi”

Il-Kok Sean Gravina jappella biex jitħaffef il-proċess biex jinġiebu ħaddiema barranin barra mill-UE

Aqra wkoll

Sean Gravina, kok u sid ta’ stabbiliment tal-ikel qiegħed jappella lill-awtoritajiet biex jitħaffef il-proċess biex jinġiebu ħaddiema barranin barra mill-Unjoni Ewropea.

Il-kok spjega li minkejja li n-negozju reġa’ qabad jirpilja sew, dawk fl-industrija jafu li hemm problema kbira ta’ riżorsa umana.

F’kitba fuq Facebook Gravina qal li l-Maltin ma jridux jaħdmu fl-industrija tal-catering minħabba s-sigħat li jitlob dan ix-xogħol li jxekkilhom milli jkollhom bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja. Skontu l-kwistjoni mhix il-pagi, għax qal li fis-settur il-pagi uma tajbin , anzi tajbin ħafna.

Il-kok esprima tħassib li jekk ma tibqa’ ma tinstabx soluzjoni fi żmien għaxar snin l-uniċi Maltin li se jibqgħu jaħdmu f’dan is-settur se jkunu biss is-sidien. Sostna li biex tinżamm il-kwalità jeħtieġ li din il-problema tiġi indirizzata kemm jista’ jkun malajr.

Il-President tal-ACE Michelle Muscat / Ritratt: Alan Saliba

L-appell ta’ Gravina jsegwi dak tal-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Istabbilimenti tal-Catering Michelle Muscat li fl-ewwel kummenti tagħha wara li ġiet inkarigata f’dan l-irwol qalitilna li n-nuqqas ta’ riżorsa umana hija waħda mill-problemi l-kbar li qed ixekklu lis-settur milli jkompli jikber. 

Il-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji li fl-aħħar ġimgħat sejħet bħala fallimenti is-sistema li biha jinġiebu l-ħaddiema barranin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.

Ekonomija

Sport