L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) illum se tlaqqa’ il-membri tal-kunsill tagħha u mhux teskludi li terġa’ bl-azzjonijiet b’rabta mal-Covid19.
Din id-darba hija qed tilmenta mill-avviż legali maħruġ mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) fejn każini u bars se jkunu jistgħu jibqgħu miftuħin.
Hija sostniet li l-avviż legali jmur kontra dak imħabbar mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Il-MAM qed tinsisti li l-Gvern għandu jgħinhom finanzjarjament imma ma jħallihomx miftuħin b’periklu li jinfirex il-virus.