It-tobba qed jheddu li jordnaw direttivi li jfixklu l-iżvolġiment ta’ appuntamenti outpatients fl-Isptar Mater Dei filwaqt li jwasslu biex jingħalqu 42 klinika tal-komunità jekk il-gvern jonqos milli jwaqqaf l-iżvolġiment ta’ attivitajiet tal-massa.
Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni Medika Maltija elenkat l-istruzzjonijiet li tat lill-membri tagħha wara li l-gvern indika li mhux se jkun qed iwaqqaf attivitajiet tal-massa, anke minkejja zieda f’każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19 matul dawn l-aħħar jiem.
Ilbieraħ l-Unjon tal-Infermiera u l-Qwiebel qalet li hija wkoll kienet qed tati direttivi lill-membri tagħha biex ma jagħmlux numru ta’ doveri.
Il-Gvern ilbieraħ filgħaxija ħabbar restrizzjonijiet ġodda dwar in-numru massimu ta’ attendenza għal dawn l-attivitajiet. Madankollu dawn ir-restrizzjonijiet ma ntlaqgħux tajjeb mit-tobba li jqisuhom bħala mhux biżżejjed.
Intant in-numru ta’ każi attivi ta’ Covid-19 telgħu għal 150 wara li llum kienu rapportati 10 każi ġodda.