Tuesday, October 15, 2024

Il-MAM tiddeċiedi li jsiru l-operazzjonijiet ippjanati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM), li tirrappreżenta lit-tobba, issospendiet id-direttiva li permezz tagħha waqqfet l-operazzjonijiet ippjanati minn qabel milli jsiru madankollu d-direttivi b’rabta mad-dipartiment tal-Out-Patients baqgħu fis-seħħ.

Dan l-iżvilupp seħħ wara kuntatt bejnha u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li wasslu bies ġew ġew sospiżi d-direttivi kollha li ipposponew l-operazzjonijiet biex b’hekk dawk ippjanati mit-Tnejn li ġej se jkunu jistgħu jsiru kif maħsub.

Il-MAM kienet l-unika msieħeb soċjali fl-MCESD li ma qablitx mal-proposta tal-Gvern dwar l-ammont massimu ta’ nies li jistgħu jattendu l-attivitajiet tal-massa.

Hija iddikjarat li ma kinitx qed taqbel li attivitajiet tal-massa jibqgħu jsiru sakemm ikun hemm mhux aktar minn 300 persuna u iddeskriviet din il-proposta bħala “assurda u perikoluża” u lanqas mhu taqbel mal-proposta li jkun hemm sa 60 persuna għal attività fuq ġewwa u sa 100 għal attivitajiet fuq barra.

Wara l-kuntatti ma’ Fearne u s-sospensjoni ta’ wħud mid-direttivi, il-MAM qalet li hija kienet laqgħet l-obbligu tal-ilbies tal-maskra u l-multi madankollu nsistiet li l-parties m’għandhomx isiru anke jekk ikun hemm massimu ta’ 300 u għamlitha ċara li kienet se ssegwi l-infurzar li se jsir qabel tiddeċiedi jekk tirtirax id-direttivi fid-dipartimenti tal-Out-Patients.

Sport