Saturday, November 23, 2024

Il-MAM turi tħassib dwar il-ftuħ tal-istaġun turistiku

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija wriet it-tħassib tagħha għad-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jiftaħ l-istaġun turistiku, fejn qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet mingħajr il-bażi xjentifika meħtieġa. Il-MAM qalet li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru tmur kontra l-pariri tal-esperti tas-saħħa pubblika.

Il-MAM kompliet tgħid li n-numru ta’ każi ġodda baqgħu baxxi mtul il-ġimgħa li għaddiet minħabba li l-pubbliku wera dixxiplina u responsabbiltà.

Fl-istess waqt l-Assoċjazzjoni fakkret lill-Gvern li matul il-ġimgħa li għaddiet tħabbru l-mewt ta’ tliet persuni kaġun tal-Covid-19, u l-fatt li għad hemm trasmissjoni tal-virus fil-komunità mistenni li jmur għall-agħar ladarba l-istaġun turistiku jiftaħ.

It-tneħħija ta’ miżuri li żammew l-imxija tal-virus taħt kontroll tesponi lis-saħħa pubblika għal aktar riskji u anke taf tkun kontroproduċenti mil-lat tal-irkupru ekonomiku.

Fl-istess waqt il-MAM qalet li t-tneħħija ta’ multi għal min jikser il-kwarantina, jew is-social distancing mhuwiex dak li wieħed jistenna minn Gvern responsabbli. Dan filwaqt li jġibu ineffettivi l-għexierent ta’ eluf ta’ testijiet li qed isiru u jaf iwassal biex il-virus jinfirex aktar fost il-komunità.

Sport