Friday, November 22, 2024

Il-“mannara” ta’ Grech issa taqa’ fuq il-ħaddiema li jiġu minn barra l-UE

Aqra wkoll

F’kollegament telefoniku l-Kap tal-Partit Nazzjonalista (PN), Bernard Grech, issa qiegħed jattakka lil dawk il-ħaddiema kollha barranin li jiġu minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea (UE) biex jaħdmu f’pajjiżna. Filwaqt li ammetta li hemm bżonn li nattiraw ħaddiema biex jiġu f’Malta ħalli nkomplu nsaħħu u nkabbru l-ekonomija lokali, li kull wieħed u waħda minnha jgawdi minnha, Grech attakka billi qal, “imma dawn iridu jjkunu bravi u ta’ kwalità”.

F’mossa mhux mistennija, Grech bħallikieku ried jindika li l-problemi ta’ skart fit-toroq, domanda ogħla tal-provvista tad-dawl u t-traffiku, ġejjin mill-fatt li għandna lil dawn il-ħaddiema fostna. Il-Kap tal-Oppożizzjoni li bħas-soltu saħaq li l-partit tal-PN għandu s-soluzzjonijiet għal kull problema li elenka, insista li l-poplu Malti “issa xebgħa sal-ponta ta’ mnieħru” u hawn, bħas-soltu, beda bl-attakki tiegħu kontra l-Gvern.

“Hemm bżonn li niddipartixxu minn ekonomija ta’ kwantità u mmorru għal waħda ta’ kwalità. Iva, nattiraw aktar ħaddiema imma jridu jkunu ta’ kwalità. M’għandi xejn kontra min huwa barrani però l-popolazzjoni Maltija u l-ħaddiema li jiġu mill-UE ħaqqhom ikollhom ħajja ta’ kwalità aħjar,” kompla Grech.

Dan id-diskors li fih instema’ li jrid “jaqsam” liema ħaddiema għandhom dritt li jipprovaw isibu futur f’pajjiżna, iġġustifikah billi qal li biex tkun tista’ timxi ‘l quddiem, ma tistax tkun f’kompetizzjoni ma’ għexirien, mijiet u eluf ta’ ħaddiema li “jidħlu ta’ kuljum f’pajjiżna.

Grech, filwaqt li reġa’ semma’ s-setturi ekonomiċi li l-PN daħħal tul is-snin li kien fil-Gvern, beda jirreklama setturi oħra ġodda li skont huwa, għalihom mhux se jkun hemm ta’ “importazzjoni” ta’ ħafna ħaddiema li jkunu “low skilled”.

Hawn huwa ta’ eżempju speċifiku pjuttost ażżardat dwar is-sewwieqa barranin tal-linja fejn allega li “dawn ma jagħtux kas u jibqgħu jtellgħu l-passiġġieri bil-konsegwenza li tul il-vjaġġi n-nies qegħdin ikun ppakjati qishom sardin”.

1 kumment

  1. Onor Grech naqbel mieghek liin jigi hawn jahdem irid ikun bravu.Imma xi nghidu ghall kap ta oppozizzjoni xi jrid ikun?Kap li ma jhallas taxxa u NI.Kap li anqas hallewh jidhol fdaru.Halla wahdu persuna li mar jaqbes ghalih.Kemm mill membri u l kap marru jzura lill dan il persuna.Mar ixxejjer mill gallaerija w gie jaqa u jqum minn dik il persuna li dahlet il kazin tiddefendih.Ara biex tabba l pn.Lanqas mexxej mhuma jsibu kapaci.Tissemma metzola.Din hi li qalet li l mara ghandha dritt ghall ghazla,jigiefiri labort.Lill din iridu jaghmlu kap il pn.Se jghidu Charlie u Joe.

Comments are closed.

Sport