Saturday, December 21, 2024

Il-manutenzjoni tal-faċċata tat-Torri L-Aħmar fil-Mellieħa u r-restawr tat-Torri ta’ San Tumas f’Marsaskala huma fost il-proġetti li mistennija jitlestew fl-2025

Aqra wkoll

Ilmanutenzjoni tal-faċċata tat-Torri L-Aħmar fil-Mellieħa, proġett qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Ħelwa u r-restawr tat-Torri ta’ San Tumas f’Marsaskala, proġett li qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Fondazzjoni Wirt Artna huma fost id-diversi proġetti li mistennija jitlestew matul is-sena 2025. 

Kien propju id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg li kkonferma dan fil-Parlament meta kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalisa Graziella Galea. 

Il-Ministru spjega li fost il-proġetti infrastrutturali li mistennija jitlestew matul is-sena 2025, hemm l- installazjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl fuq barra tal-Bażilika ta’ Sant’ Elena, f’Birkirkara, proġett li qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kurja li hija responsabli mill-implementazzjoni ta’ dan il-proġett u r-riġenerazzjoni u tisbiħ tal-Pjazza tal-Birgu, proġett li qed isir b’ kollaborazzjoni ma’ Infrastracture Malta, li hija l-entita’ responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.

Qal li hemm ukoll il- proġett tar-riġenerazzjoni taz-Zuntier tar-Rabat, proġett qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Infrastracture Malta u r-restawr tal-faċċata tat-Torri ta’ Kemmuna, proġett qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Ħelwa.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport