Saturday, May 18, 2024

Il-mara li ttajret minn tal-linja m’għadhiex fil-periklu tal-mewt

Aqra wkoll

Il-mara ta’ 25 sena mill-Filippini li ttajret minn karozza tal-linja f’Tas-Sliema ftit tal-jiem ilu m’għadhiex fil-periklu li titlef ħajjitha.

L-inċident kien seħħ fis-27 ta’ Mejju li għadda, għall-ħabta tan-12.30 p.m, fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Filmat minn kamera tas-sigurtà wera lit-tfajla, li tgħix Tal-Pietà, tinżel minn fuq karozza tal-linja u tittajjar minn oħra hi u tipprova taqsam it-triq.

Il-mara qamet mill-art u dehret li stejqret imma meta ttieħdet l-Isptar Mater Dei nstab li kienet sofriet ġrieħi serji.

Sport