Monday, December 23, 2024

IL-MARD MENTALI U L-ISTIGMA LI DDUR MADWARU

Aqra wkoll

Il-mard mentali u l-istigma li ddur madwaru huma sfidi li rridu niffaċċjaw flimkien mingħajr mistħija u ħabi. Filwaqt li n-nies ma jaħsbuhix darbtejn u ma jiddejqux ifittxu trattament f’każ ta’ id miksura jew mard tal-qalb, id-deċiżjoni tagħhom li jfittxu trattament minħabba mard mentali ħafna drabi tinżamm sigrieta, anzi jippruvaw jevitawha kompletament minħabba l-istigma. 

Meta niġu għad-dijanjosi u t-trattament tal-mard mentali, aktar ma jkun kmieni aħjar. Ir-riċerka turi biċ-ċar li r-riżultati jkunu ħafna aqwa meta l-problemi tas-saħħa mentali jiġu identifikati u indirizzati kmieni.

Hemm rabta ċara bejn is-saħħa mentali u l-ħiliet akkademiċi. Kulħadd jipprova jgħin lill-istudenti jagħmlu l-almu tagħhom fl-edukazzjoni. Meta studenti jkunu qed ibatu mid-dipressjoni jew mard mentali ieħor isibuha diffiċli ħafna biex ikunu motivati, biex jitgħallmu, biex jikkonċentraw, jagħmlu eżamijiet, eċċ. Iżda bit-trattament f’waqtu u xieraq, l-isfidi tas-saħħa mentali jistgħu jiġu indirizzati u dawn l-istudenti jkunu jistgħu jkompli b’ħajjithom u l-istudji tagħhom.

L-għalliema jinsabu f’pożizzjoni unika biex jgħinu. Bħala medja, l-għalliema jqattgħu 900 siegħa fis-sena mal-istudenti. Bħala għalliem, inti m’intix biss edukatur iżda meqjus bħala persuna adulta ta’ fiduċja, mudell, u kenn għall-istudenti tiegħek – speċjalment dawk li għandhom bżonnok. 

Parti mill-ħolqien ta’ klima b’saħħitha fil-klassi hija li nirrikonoxxu li lkoll qegħdin fl-istess dgħajsa. Ħadd minna ma hu inviċibbli għall-isfidi tal-ħajja, u lkoll għandna bżonn l-għajnuna xi darba jew oħra. 

Il-mod kif inħossuna u dak li nagħmlu huma xhieda ta’ dak li naħsbu. Għalhekk, hekk kif għandna l-abbiltà li nbiddlu l-mod kif naħsbu, nistgħu nitgħallmu kif ikollna kontroll aħjar tas-sentimenti u l-azzjonijiet tagħna.

Jiswa mitqlu deheb li fil-klassi jiġu diskussi kunċetti bbażati fuq sitwazzjonijiet, ħsibijiet, sentimenti u mġieba. M’għandekx bżonn tkun terapista biex tagħmel dan. Filwaqt li tinnota studenti li jista’ jkollhom bżonn l-għajnuna u tiġbed l-attenzjoni tal-ġenituri jew persuni li jieħdu ħsiebhom biex jirrikorru għall-għajnuna meħtieġa.

Ekonomija

Sport