Tuesday, December 24, 2024

Il-Marokk jeliminaw lil Spanja u jgħaddu għall-kwarti-finali

Aqra wkoll

Marokk…………… 0

Spanja……………. 0

(Marokk 3-0 bil-penalties)

Il-Marokk irreġistraw sorpriża kbira meta għelbu lil Spanja 3-0 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 0-0 biex ikkwalifikaw għall-kwarti-finali għall-ewwel darba.

Il-partita kienet waħda bilanċjata fejn Spanja ddominaw territorjalment iżda l-Marokkini kienu aħjar fil-kontrattakki.

Il-partita qamet fil-ħin barrani hekk kif l-Ispanjoli ppressaw għall-goal tar-rebħa u kienu għoddhom għamlu dan fil-122 minuta iżda x-xutt ta’ Pablo Sarabia ħabat mal-wieqfa.

L-eroj tal-Marokk kien il-goalkeeper Bono li laqa’ żewġ penalties mogħtijin minn Carlos Soler u Sergio Busquets u Pablo Sarabia (lasta) … b’dawk tagħhom skorjati jaslu minn Abdelhamid Sabiri, Hakim Ziyech u Achraf Hakimi filwaqt li Badr Benoun ra lill-goalkeeper Spanjol, Unai Simon jilqa’ t-tentattiv tiegħu.

Marokk: Yassine Bounou, Noussair Mazraoui (Yahia Attiat-Allal 82), Romain Saiss, Nayef Aguerd (Jawad El Yamiq 84), Achraf Hakimi, Sofyan Amrabat, Selim Amallah (Walid Cheddira 82), Azzedine Ounahi (Badr Benoun 119), Sofiane Boufal (Abdessa­mad Ezzalzouli 66), Youssef En-Nesyri (Abdelhamid Sabiri 82), Hakim Ziyech – Coach:  Walid Regragui

Spanja: Unai Simon, Jordi Alba (Alejandro Balde 98), Aymeric Laporte, Rodri, Marcos Llorente, Sergio Busquets, Pedri, Gavi (Carlos Soler 63), Dani Olmo (Ansu Fati 98), Marco Asensio (Alvaro Morata 63), Ferran Torres (Nico Williams 73) (Pablo Sarabia 119) – Coach: Luis Enrique          

Referee: Fernando Rapallini (Arġentina)

Assistenti:  Juan Pablo Belatti, Diego Bonfa (Arġentina)

Ammoniti: R. Saiss (M); A. Laporte (S)

Ekonomija

Sport