Il-Mascot Maggie, il-wiċċ tal-kampanja Saving Our Blue, tat-sorpriża ħelwa lill-istudenti tal-primarja waqt waħda miż-żjarat lill-iskejjel tar-raba’ sena li qegħdin isiru mill-uffiċjali tat-Taqsima Strateġika u Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika.
Permezz tal-kampanja Saving Our Blue, qiegħed jitwassal il-messaġġ dwar l-importanza tal-konservazzjoni tal-baħar u r-responsabbiltà ambjentali. B’din il-mascot, it-tagħlim jinbidel f’esperjenza divertenti u t-tfal jistgħu jirrelataw lilhom infushom magħha billi tispirahom sabiex jieħdu ħsieb l-ambjent u l-kreaturi marittimi, filwaqt li jifhmu aħjar il-bżonn li nħarsu l-ibħra tagħna.
Maggie hija fekruna salvata fl-2019 minn sajjieda barra l-kosta ta’ Wied il-Għajn, li kienet instabet maqbuda fi skart marittimu u ngħatat il-kura fiċĊentru ta’ Riabilitazzjoni ta’ Nature Trust f’Xrobb lGħaġin. Illum Maggie qed isservi biex tfakkarna nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna u biex niżguraw li ma jintrema l-ebda skart fil-baħar.
Waqt iż-żjara, l-istudenti ngħataw ilktieb blattivitajiet “Nitgħallmu ma’ Maggie”, iddisinjat biex jgħin lit-tfal japprezzaw is-sbuħija talibħra tagħna u l-varjetà tal-ħajja marittima. Ilktieb jispjega wkoll il-ħsara tal-plastik li jintuża darba biss u x’nistgħu nagħmlu biex nipproteġu l-ibħra tagħna.
Għal aktar informazzjoni u biex tibqa’ aġġornat/a blavvenimenti u l-attivitajiet li ġejjin, segwi Saving Our Blue fuq il-midja soċjali.

