Sunday, December 29, 2024

Il-maskra ta’ Victor Osimhen iġġiblu x-xorti

Aqra wkoll

Hekk kif Napoli qed jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat Taljan, spikka fuq kollox l-attakkant internazzjonali Niġerjan Victor Osimhen, awtur ta’ 22 gowl staġjonali u anke l-aqwa skorer tas-serie A s’issa.

Bosta partitarji ta’ Napoli qed jixtru maskri apposta li Osimhen qed jilgħab biha. Hu ilu b’din il-maskra sa minn Jannar 2022 meta kellu jopera ruħu f’imnieħru wara li kisru fil-logħba kontra Inter f’kuntrast ma’ Milan Skriniar.

Osimhen baqa’ jilbes din il-maskra li issa qed jgħid li ġabitlu x-xorti minħabba li qed jiskorja iktar gowls.

Ekonomija

Sport