Sunday, October 27, 2024

Il-Media Link tal-PN fost entitajiet li gawdew minn għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern

Aqra wkoll

Il-kumpanija Media Link tal-Partit Nazzjonalista bbenefikat minn għotja ta’ €44,805 f’għajnuniet li ta l-Gvern lill-gazzetti minħabba l-piżijiet li ġabu fuqhom il-gwerra fl-Ukrajna u l-pandemija tal-Covid-19. Din l-għotja saret minn fond ta’ nofs miljun ewro li l-gvern kien alloka bħala għajnuna biex tiġi sostnuta l-ħidma ġurnalistika f’pajjiżna.

Entitajiet ġurnalistiċi oħra li ngħataw għajnuna mill-istess fond kienu l-Allied Newspapers li ngħatat €69,842; Standard Publications, €45,735; Union Print, €44,145; Media Today, €37,140 u SVP, €9,210.

Dawn il-fondi tqassmu bi ftehim bejn is-sidien kollha tal-gazzetti u skont in-numru ta’ impjegati, in-numru ta’ publikazzjonijiet u l-frekwenza tal-publikazzjonijiet u n-numru ta’ paġni.

Dan it-tagħrif irriżulta minn tweġiba li ta’ fil-parlament il-Ministru Owen Bonnici għal mistoqsija li saritlu mid-depiutat laburista Naomi Cachia.

Sport