Il-MeDirect nieda sett ġdid ta’ funzjonijiet ta’ sigurtà għall-klijenti li jagħmlu użu mill-karti tad-debitu tiegħu, u b’hekk saħħaħ l-impenn tal-Bank li jipproteġi l-finanzi tal-klijenti permezz ta’ soluzzjonijiet intelliġenti, flessibbli li ġew maħluqa speċifikament ghall-bzonnijiet tal-klijent.
L-aħħar zviluppi jintroduċu kontrolli avvanzati li jippermettu lill-klijenti sabiex jimmaniġġjaw il-limiti tal-infiq tagħhom, jimblokkaw l-użu tal-karti tad-debitu f’reġjuni speċifiċi, kif ukoll l-abilta li jippermettu jew iwaqqfu l-faċilta li jsiru tranżazzjonijiet onlajn. Dawn il-karatteristiċi kollha huma aċċessibbli permezz tal-applikazzjoni tal-mowbajl tal-MeDirect jew fuq il-pjattaforma tal-internet banking.
“Dawn il-mizuri ġodda ta’ sigurtà jirriflettu l-isforzi kontinwi tagħna biex intejbu l-protezzjoni tal-klijent filwaqt li noffru aktar kontroll u ghazliet personalizzati lill-klijent,” qalet Ingrid Micallef, li hija l-Head of Wealth tal-MeDirect. “Grazzi għal dawn il-funzjonijiet, il-klijenti jistgħu jimmaniġġjaw b’mod proattiv meta, fejn u kif tintuża l-karta tad-debitu tagħhom, u b’hekk iżidu saff importanti ta’ sigurtà fl-ambjent diġitali dinamiku tal-lum.”
Bl-għażliet il-ġodda, il-klijenti issa jistgħu jistabbilixxu limiti personalizzati ta’ kuljum, kull ġimgħa jew ta’ kull xahar fuq l-infiq bil-karti tad-debitu u l-ġbid ta’ flus mill-ATM. Barra minn hekk, bil- funzjoni tal-aċċess ġeografiku, l-klijenti jistgħu jirrestrinġu l-użu tal-cards għal reġjuni speċifiċi. Il-klijenti jistgħu wkoll jimblokkaw jew jiżblokkaw il-kapaċità li jagħmlu xiri onlajn. Jekk jiġi diżattivat, kwalunkwe tentattiv ta’ tranżazzjoni onlajn bl-użu tal-karti tad-debitu jiġi miċħud awtomatikament sakemm jerġa’ jiġi attivat mill-klijent permezz ta’ awtentikazzjoni sigura.
“MeDirect qed ikompli jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-klijenti tagħna jkunu protetti.” żiedet tgħid Micallef. “Fl-istess waqt, inħeġġu lill-klijenti biex jzommu f’mohhhom il-mizuri necessarji biex jipproteġu l-informazzjoni tal-karta tad-debitu u tal-kont tagħhom. Il-klijenti ghandhom jivverifikaw regolarment l-attività tal-kont, jużaw netwerks siguri meta jkunu onlajn, ma jaqsmux id-dettalji tal-karta tad-debitu jew il-PIN tagħhom, u jaġixxu immedjatament jekk jissuspettaw attentat ta’ frodi, billi jużaw il-funzjonijiet li jinsabu fl-applikazzjoni tal-mowbajl tagħna bħal ‘Freeze Card’ u ‘Report Fraud’.”
Għal aktar informazzjoni dwar il- funzjonijiet il-ġodda tal-karta tad-debitu tal-MeDirect u kif tista’ tattivawhom, żuru www.medirect.com.mt/pay/cards.
Il-klijenti jistgħu wkoll jikkuntattjaw lil MeDirect permezz ta’ messaġġ sigur (mill-applikazzjoni tal-mowbajl jew mill-internet banking), billi jibgħatu imejl fuq [email protected] jew bit-telefon fuq +356 2557 4400 (Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8:00am–6:00pm | Is-Sibt: 9:00am–1:00pm)