Friday, October 18, 2024

Il-Mellieħa tirbaħ il-Festival tal-Logħob tan-Nar tal-Ajru

Aqra wkoll

Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Ajru din is-sena ntrebaħ mill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina tal-Mellieħa.

Fit-tieni post ikklassifikaw il-Polonja tan-Nakaja Art filwaqt li fit-tielet post ġew il-Pyro-Team mis-Serbja.

Din is-sena l-festival kien miftuħ fuq 7 iljieli u tella’ f’diversi postijiet madwar Malta u Għawdex. L-għeluq tal-festival kien ilbieraħ fil-Port il-Kbir fejn mijiet kbar ta’ persuni setgħu jsegwu spettaklu mill-isbaħ.

Għall-ewwel darba wkoll din is-sena kienu wżati d-drones mal-logħob tan-nar li kienet xi ħaġa innovattiva.

Sport