Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili Malta Marine matul il-jum tas-Sibt kellhom operazzjoni oħra ta’ salvataġġ li ntemm b’suċċess. Dan hekk kif kien hemm mara li ġarrbet xi ġrieħi f’rasha waqt li kienet qed tgħum fl-Għar magħruf bħala Ta’ Kalanka.
Hija ġiet salvata permezz tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet l-Isptar minn tim mediku tad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei li ssejjaħ fuq il-post.
Dan qalitu l-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta f’messaġġ fuq Facebook, fejn irringrazzjat ukoll lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, Transport Malta u Dipartiment tal-Emerġenza tal-assistenza illi taw.