Sunday, December 29, 2024

Il-Messiku jipprepara għall-qilla tal-Uragan Roslyn

Aqra wkoll

Bliet Messikani li jinsabu fin-naħa tal-Oċean Paċifiku qed jippreparaw għall-qilla tal-Uragan Roslyn hekk kif kulma jmur qed jiżdiedu t-twissijiet li dan l-uragan jista’ jkun qiegħed jikkawża maltempati kbar, għargħar u anke mewġ kbir fiż-żoni kostali tal-pajjiż. 

L-Uragan Roslyn huwa maltempata ta’ Kategorija 4 u skont il-US National Hurricane Center (NHC) dan se jkun qiegħed jolqot l-ewwel iż-żona ta’ Nayarit. Fid-dawl ta’ dan, l-uffiċjali tal-emerġenza komplew jagħmlu l-aħħar preparamenti biex is-sitwazzjoni tkun kemm jista’ jkun taħt kontroll. Iż-żona ta’ Nayarit hija waħda magħufa mat-turisti hekk kif hemm għadd ta’ bajjiet popolari. 

Fid-dawl ta’ dak kollu li qiegħed ikun previst, l-awtoritajiet ta’ Nayarit, Jalisco u għadd ta’ bliet oħrajn waqqfu xelters apposta għall-kenn. L-istaġun tal-Uragani ġewwa l-Messiku ġeneralment jibda f’Ġunju u jibqa’ sejjer sa Novembru u fih jiġu affettwati kemm il-kosta tal-Paċifiku u anke tal-Atlantiku. 

L-NHC qalet li l-istaġun tal-uragani ta’ din is-sena kien wieħed attiv ħafna fejn kien hemm numru li qabeż il-medja ta’ maltempati, uragani u uragani maġġuri li ngħataw isem. 

Ekonomija

Sport