Thursday, June 26, 2025

Il-metaverse fil-films diskuss fil-Mediterrane Film Festival

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Ġunju 2025, il-Fort Ricasoli Hub se jospita panel discussion fuq il-metaverse, bħala għodda ġdida fl-industrija tal-films.

“The Creative Evolution or Revolution (Metaverse),” se jiddiskuti kif il-films jistgħu jiġu transformati permezz ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida fis-suq globali.

Mill-11:30am san-12:30pm, esperti tal-industrija se jinġabru biex jiddiskutu kif ir-realta virtwali, miżjuda u mħallta sew qed isawwar l-istejjer fil-films, u tibdel lit-telespettaturi passivi f’parteċipanti attivi.

Il-panel se jeżamina kif pjattaformi ġodda tal-metaverse qed jagħtu s-setgħa lill-kreaturi tal-films biex jikkontrollaw l-arti, u jinvolvu lill-udjenzi b’mod direttament. Dan filwaqt li tiġi diskussa l-biżà li nitilfu l-integrità tagħna fl-arti. Se jiġi diskuss ukoll jekk l-arti interrativa, fejn l-udjenza tkun hi li tikkontrolla l-istorja, itellifx mill-emozzjonijiet.

Fost il-kelliema distinti hemm John Gaeta, il-pijunier wara t-triloġija The Matrix u esperjenzi immersivi oħra għas-serje ta’ Star Wars. Il-produttriċi Catherine Hardwicke, magħrufa l-aktar għal Twilight u Thirteen, se ġġib l-għarfien espert tagħha wkoll, speċjalment dwar ix-xogħol li jmur fiha din l-arti ġdida.

Amy Jupiter, rebbieħa ta’ premji fl-effetti viżwali u d-disinn ta’ attrazzjonijiet immersivi, se toffri ideat dwar din it-teknoloġija avvanzata. Il-kap tal- Awtorità Maltija tal-Innovazzjoni Diġitali Bernard Montebello u l-espert tal-midja interattiva Neville Spiteri se jiżguraw li d-diskussjoni tibbilanċja l-kreattività u l-innovazzjoni.

Din is-seżżjoni se tkun immexxija minn Gavril Flores mill-Awtorità Maltija tal-Innovazzjoni Diġitali.

Jekk inti interessat tirriserva post, tista’ tagħmel dan billi tidħol fuq mediterrane.com

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport