Thursday, March 19, 2026

Il-mewt ta’ Ali Larijani tkompli taggrava l-kriżi fil-qalba tar-reġim tal-Iran

Aqra wkoll

L-attakk mill-ajru Iżraeljan li qatel lill-kap tas-sigurtà tal-Iran, Ali Larijani, elimina f’mument kritiku wieħed minn dawk il-persuni fit-tmexxija bl-aktar esperjenza u influwenti li jfasslu l-politika tar-Repubblika Iżlamika Iranjana. Larijani ma kienx kmandant militari, iżda kien figura ċentrali fit-tiswir tad-deċiżjonijiet strateġiċi. 

Bħala segretarju tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali, kien fil-qalba tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-gwerra, id-diplomazija, u s-sigurtà nazzjonali tal-pajjiż. Leħnu kellu piż fis-sistema kollha, partikolarment fil-ġestjoni tal-konfrontazzjoni tal-Iran mal-Istati Uniti u l-Iżrael.

Il-mewt tiegħu, issa kkonfermata mill-midja tal-istat, seħħet f’nofs kampanja usa’ li wasslet bix diversi uffiċjali u kmandanti Iranjani għolja jinqatlu fi ftit ġimgħat. Din ix-xejra tidher bħala sforz sostnut biex tiddgħajjef l-istruttura tat-tmexxija tal-Iran matul żmien il-gwerra.

Minkejja l-pożizzjoni iebsa tiegħu kontra l-Punent, Ali Larijani spiss kien deskritt fl-Iran bħala pragmatista. Huwa għaqqad il-lealtà ideoloġika ma’ approċċ teknokratiku, billi ffavorixxa strateġija kkalkulata u mibnija fuq retorika.

Huwa baqa’ xettiku ħafna dwar l-involviment mal-potenzi tal-Punent, iżda kien involut ukoll fi sforzi diplomatiċi ewlenin, inkluż li aġixxa bħala mibgħut fil-ftehim ta’ kooperazzjoni fit-tul tal-Iran maċ-Ċna.

Sa qabel il-mewt tiegħu, Larijani kien inkarigat mill-politiki ta’ tliet kriżijiet ewlenin. L-ewwel waħda kienet il-gwerra nnifisha. Huwa argumenta li l-Iran għandu jipprepara għal taqbida fit-tul u jespandi l-kunflitt madwar ir-reġjun u lil hinn, inkluż l-għeluq tal-Istrett ta’ Hormuz.

It-tieni waħda kienet mewġa ta’ inkwiet domestiku, li beda b’ilmenti ekonomiċi iżda malajr inbidlet fi protesti wiesa li fittxew li jwaqqgħu r-Repubblika Iżlamika. Dawn il-protesti ntlaqgħu b’ripressjoni u l-qtil ta eluf ta dimostranti.

It-tielet waħda kienet il-programm nukleari tal-Iran u in-negozjati indiretti ma’ Washington, li t-tnejn kienu diġà ġew imfixkla minn attakki militari.

Filwaqt li l-Iran wera reżiljenza, parzjalment billi fixkel is-swieq globali tal-enerġija, l-ispazju tal-ajru tiegħu jibqa’ espost għal attakki kontinwi u kwalunkwe persuna għolja ġdida se tiffaċċja riskju immedjat li tkun fil-mira.

Dan jista’ jċaqlaq il-poter aktar lejn il-militar. Rimarki riċenti mill-President Masoud Pezeshkian aktarx ifissru li l-unitajiet tal-forzi armati effettivament ingħataw awtorità wiesgħa biex jaġixxu jekk it-tmexxija għolja tkun inkapaċitata. Fil-prattika, dan ifisser li d-deċiżjonijiet jittieħdu malajr, iżda b’inqas koordinazzjoni ċentrali.

Il-kap tal-armata Iranjana Amir Hatami hedded ritaljazzjoni “deċiżiva” għall-mewt ta’ Larijani. Maż-żmien, madankollu, sistema li tkompli titlef figuri għolja tista’ ssibha dejjem aktar diffiċli biex tiffunzjona b’mod effettiv, speċjalment f’pajjiż ta’ aktar minn 90 miljun ruħ.

L-impatt tal-mewt ta Ali Larijani, mhuwiex biss dwar it-telf ta’ uffiċjal wieħed iżda approfondiment ta kriżi ta’ tmexxija li tista’ taffettwa kemm il-kors tal-gwerra kif ukoll l-istabbiltà tal-istat Iranjan innifsu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport