Thursday, December 26, 2024

Il-mewt ta’ George Floyd: Il-Kunsill ta’ Minneapolis jivvota biex jiżżarma d-Dipartiment tal-Pulizija

Aqra wkoll

Il-Kunsill tal-belt ta’ Minneapolis ivvota b’mod unanimu biex ibiddel iċ-charter tal-liġijiet tal-belt biex ikun jista’ jżarma id-dipartiment tal-pulizija.

Il-mossa straordinarja wasslet b’rispons għall-mewt ta’ George Floyd wara li ġie arrestat ix-xahar li għadda, f’każ li heżżeż lill-Istati Uniti u li wassal għal protesti kbar u vjolenti.

Id-dimostrazzjonijiet “Black Lives Matter” bdew f’Minnesotta u f’qasir żmien infirxu madwar il-pajjiż kollu, b’dimostrazzjonijiet għadhom jiżvolġu f’diversi bliet erba’ ġimgħat wara.

Il-membri tal-Kunsill ivvotaw 12 favur bl-ebda vot kontra biex id-dipartiment tal-pulizija jiżżarma.

Huma qed jipproponu li jistabbilixxu Dipartiment ta’ Sigurtà għall-Komunitża u Prevenzjoni tal-Vjolenza, minflok id-dipartiment tal-pulizija.

Ekonomija

Sport