Friday, December 20, 2024

Il-Mexxej ta’ Donetsk jgħid li r-Russi użaw il-fosfru f’Donbas

Aqra wkoll

Il-Mexxej ta’ Donetsk, Pavlo Kyrylenko, qal li l-forzi Russi użaw il-fosfru fil-villaġġ ta’ Solovyove.

Għalkemm l-għaqda li hi inkarigata mill-armamenti kimiċi (magħrufa bħala Chemical Weapons Convention) ma tqisx il-fosfru bħala arma kimika, huwa illegali li tużah bħala splussiv qalb il-poplu.

Jidher li bħalissa r-Russja tefgħet il-mira militari tagħha fuq Donetsk u Luhansk — magħrufin bħala Donbas, hekk kif iktar kmieni llum, Kyrylenko semma’ li fis-sigħat li għaddew ir-Russi reġgħu bbumbardjaw il-villaġġ ta’ Lastochkyne u Avdiivka — żewġ żoni li jinsabu f’Donetsk.

Ekonomija

Sport