Il-mexxej ta’ Rwanda, li ilu fil-poter għal dawn l-aħħar 20 sena, qal li jikkunsidra li jibqa’ fil-kariga għal 20 sena oħra.
Paul Kagame qal lil stazzjon televiżiv Franċiiż li beħsiebu jerġa’ jikkontesta għall-President fl-elezzjoni li jmiss tal-2024.
Fl-2015 huwa biddel il-kostituzzjoni, li jippermettilu jibqa’ fil-kariga sal-2034. Fl-aħħar elezzjoni presidenzjali ħames snin ilu, ċifri uffiċjali wrew li huwa rebaħ mad-99% tal-voti.
“Nikkunsidra li nikkontesta għal 20 sena oħra. M’għandi l-ebda problema b’dan. Huma n-nies li jridu jagħżlu fl-elezzjonijiet,” qal Kagame.