Sunday, December 22, 2024

Il-mexxejja Afrikani bi pressjoni fuq l-UE dwar it-tqassim tat-tilqim

Aqra wkoll

Is-summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana fisser jumejn ta’ diskussjonijiet intensivi li wasslu għal tisħiħ fir-relazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet. 

Minkejja dan, xorta baqa’ numru ta’ differenzi dwar numru ta’ punti jaħarqu ewlenin fosthom tkun il-pandemija tal-Covid-19. Waqt dan is-summit l-Unjoni Afrikana għamlitha ċara li hija għandha bżonn l-għajnuna f’dak li għandu x’jaqsam it-tilqim u dan hekk kif 11% biss tal-popolazzjoni tal-kontinent Afrikan hija mlaqqma totalment kontra l-virus. Dan qiegħed iwassal biex l-Afrika taqa’ lura. 

Min-naħa tagħhom il-mex­xejja Afrikani akkużaw lil dawk Ewropej li dawn qed jaħżnu provvisti ta’ tilqim iktar milli għandhom bżonn.

Fid-dokument finali ta’ din il-laqgħa, l-Unjoni Ewropea stqarret li se timpenja ruħha biex tipprovdi minn tal-inqas 450 miljun doża tal-vaċċin sa nofs din is-sena. Apparti hekk Tim Ewropa (li jinkludu għadd ta’ istituzzjonijiet tal-UE, u l-istati membri) se jkunu qed jimmobilizzaw is-somma ta’ €425 miljun biex isaħħu l-programm ta’ tilqim f’dan il-kontinent. Dawn il-flus se jkunu qed jintużaw għal tqassim ġust, taħriġ lill-infermiera u anke biex tiġi żviluppata s-sistema li tanalizza s-sekwenzar tal-virus.

Ekonomija

Sport