Illeјla il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Bord tad-Diretturi tal-MIDI aċċetta l-offerta tal-Gvern biex Manoel Island u Forti Tigne jingħataw lura lin-nies.
Hu iddikjara li l-Bord tad-Diretturi tal-MIDI aċċetta li jiġi tterminat il-ftehim ta’ konċessjoni taċ-ċens li kien iffirma Gvern Nazzjonalista lura fis-sena 2000.
Żied jgħid li tul dan il-proċess kollu, it-triq ma kinitx waħda faċli, tant li l-ftehim ta’ konċessjoni kien ta’ amministazzjoni Nazzjonalista, li kien twil 99 sena, u l-ħsieb ewlieni warajha kien biex jiġu żviluppati.
Irrimarka li fuq Manoel Island ma kien hemm l-ebda żvilupp, u kien għalhekk l-ewwel pass li sar mill-Gvern kien li jidħlu f’trattattivi mal-konsorzju sabiex l-iżvilupp ma jsirx

