Monday, June 30, 2025

Il-midja soċjali u l-impatt tagħha diskuss mal-adolexxenti

Aqra wkoll

Fil-jum internazzjonali dedikat lil midja soċjali, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg semgħet minn fomm iż-żgħażagħ stess l-impatt li l-mezzi tal-midja soċjali qiegħed ikollu f’ħajjithom u l-aspettattivi tagħhom dwar kif bil-midja soċjali jistgħu jkunu aktar parteċipattivi.

Il-laqgħa maż-żgħażagħ adolexxenti li saret fil-campus tal-Università bħala l-ewwel inizjattiva f’sensiela ta’ laqgħat li s-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi qiegħed jippjana bl-iskop li l-midja soċjali tkun għodda ta’ informazzjoni u bil-għan li eventwalment isiru riformi biex jitrażżnu l-elementi negattivi li dawn il-mezzi soċjali jistgħu ikollhom partikularment fuq it-tfal.

Fl-introduzzjoni tal-laqgħa, s-segretarju parlamentari qalet li f’dan l-eżerċizzju  trid li iktar tisma’  l-esperjenzi taż-żgħażagħ u kif jużaw l-aċċess tagħhom mill-pjattaformi diversi tal-midja soċjali kemm biex jikkomunikaw kif ukoll biex jinfurmaw ruħhom u fuq l-influwenza li l-midja soċjali qiegħda jkollha fuq ħajjithom.

Mil-laqgħa ħareġ ċar li hemm varjazzjonijiet kbar u sinifikanti fuq kif etajiet differenti jużaw dawn il-mezzi teknoloġiċi. Fid-diskussjoni spikkaw diversi fatti fosthom il-ħin twil li f’xi każijiet jaqbeż is-sitt siegħat kuljum li jkunu fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg irrikonoxxiet li l-mezzi soċjali sar għodda u għejun ta’ informazzjoni iżda fl-istess waqt stqarret li hemm ukoll perikli u abbużi li huma marbuta ma l-użu ħażin tal-pjattaformi soċjali. Hija qalet li bħal pajjiżi oħra, f’Malta ukoll qiegħda tqum id-diskussjoni anke fost il-ġenituri dwar kontrolli li hemm bżonn biex il-midja soċjali ma tkunx ta’ ħsara speċjalment għat-tfal.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li din id-diskussjoni trid issir b’galbu kbir u mingħajr ma tkun ta’ xkiel għal libertà tal-espressjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport