Il-mina li tagħti lejn Għajn Dwieli kellha tingħalaq għal xi ħin wara inċident stradali li seħħ għall-ħabta tat-8:30 a.m.
Minn investigazzjoni li saret irriżulta li trakk b’xi tagħbija kien għaddej fil-mina meta għal xi raġuni laqatha bil-konsegwenza li waqgħet fit-triq l-istess tagħbija li kellu fuq il-parti ta’ wara.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm iżjed gravi.