Monday, December 1, 2025

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħa passi biex il-Victim Support Agency tagħti l-appoġġ lil studenti u edukaturi li assistew għall-każ

Aqra wkoll

Dalgħodu l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ġie infurmat li fl-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Klara f’Pembroke seħħ argument bejn żewġ studenti ta’ nazzjonalità barranija fejn allegatament intużat arma li taqta’ u bil-ponta.

Student minnhom ittieħed l-isptar fejn qed jingħata l-kura għall-ġrieħi li sofra.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ħa passi biex il-Victim Support Agency tagħti l-appoġġ lil studenti u edukaturi li assistew għall-każ. It-tmexxija tal-iskola qed tikkopera bi sħiħ mal-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport