Saturday, February 28, 2026

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jinnota r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-benefiċċji soċjali

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal innota r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-benefiċċji soċjali.  Huwa importanti li jkun ippreċiżat li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ffoka l-analiżi tiegħu unikament fuq benefiċċji nonkontributorji, speċifikament fuq dawk li jirċievu l-assistenzi soċjali.  Jiġifieri l-Awditur Ġenerali ffoka fuq proporzjon żgħir ħafna mill-investiment soċjali kollu fuq pensjonijiet u benefiċċji soċjali li jsir kull sena.

Li kieku l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali għażel li jifrex l-analiżi tiegħu fuq il-pensjonanti, persuni b’diżabilità, carers, u familji li jaħdmu bit-tfal u li jirċievu firxa ta’ benefiċċji soċjali, kien jikkonkludi li d-dħul ta’ dawn kollha llum qed jaqbeż sostanzjalment il-livell meħtieġ.

Irid jingħad li l-iskop tal-assistenzi soċjali sa minn dejjem kien li joffru dħul bażiku minimu sabiex wieħed ikollu dħul sakemm ikun bla xogħol. Qatt ma kellhom l-iskop li joffru dħul li jkun biżżejjed biex familja jew individwu jilħqu livell ta’ dħul għoli.

Minkejja dan, id-dħul ta’ familja b’żewġt itfal fuq l-assistenza soċjali inkluż benefiċċji oħra, illum huwa €6,210 jew 65% ogħla milli kien fl-2013.  U fejn fil-familja ikun hemm mard jew diżabilità, illum dawn il-familji għandhom benefiċċji addizzjonali sostanzjali li bihom jaqbżu il-livell ta’ dħul meħtieġ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport