Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi jirreferi għall-ittra li ntbagħtet mill-Moviment Graffitti rigward il-possibiltà li żewġ tankers Overseas Santorini u Overseas Suncoast jidħlu, jgħaddu, jingħataw servizzi jew isorġu fil-portijiet Maltin.
Skont l-informazzjoni pprovduta minn Transport Malta, naffermaw mill-ġdid li ma saru l-ebda talbiet mill-vapuri msemmija biex jidħlu f’portijiet Maltin.