Tuesday, December 3, 2024

Il-Ministru Attard jelenka approċċ “ipokrita” tal-Oppożizzjoni fuq id-droga u l-midja

Aqra wkoll

“Nibda billi nagħmel dikjarazzjoni li nittama li kulħadd jaqbel magħha, id-droga mhijiex tajba u mhix soluzzjoni taħt l-ebda ċirkostanza”. Hekk beda biex jiddikkjara l-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni hekk kif fil-parlament irringrazzja lil dawk kollha, speċjalment kelliema fuq in-naħa tal-gvern li trattaw is-suġġett b’sensittività u maturità.

Il-Ministru qal li l-konsultazzjoni pubblika, u d-diversi diskussjonijiet li segwew mal-għaqdiet iġifieri l-Aġenzija nazzjonali Sedqa, Caritas Malta u l-fondazzjoni Oasi, servew biex flimkien magħhom indirizza l-aspett riabilitattiv tar-riforma u fl-istess waqt ħadu ħsieb l-aspett proċedurali fejn ressqu proposta b’żewġ skedi distinti.

Il-Ministru rreaġixxa wkoll għall-fakenews tal-Partit Nazzjonalista u għamilha ċara li min jinqabad b’ arma tan-nar, nar jew splussiv” ma huwa se jibbenefika xejn minn din l-emenda u l-liġi se tibqa’ tapplika għalih kif inhi llum. Dwar dan lanqas il-qorti ma għandha diskrezzjoni.

Dr Attard kompla biex jgħid li l-kelliemi tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina, li ma kienx preżenti fil-Kamra, qal li dan il-gvern jitratta lit-traffikanti bl-ingwanti tal-bellus.

Il-Ministru Attard irrefera d-disgħinijiet, iż-żmien li semma’ l-istess Aquilina u qara verbatim u ppreżenta fuq il-mejda tal-Kamra, ittra li l-Avukat Ġenerali ta’ dak iż-żmien Borg Barthet bgħat dakinhar tal-mafra li ngħatat minn Gvern Nazzjonalista lil Queiroz.

Il-Ministru Attard żied jgħid li deċizjoni politika ta’ Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien, mhux biss kienet ħelset traffikant, imma kif qed jgħid l-Avukat Ġenerali ta’ dak iż-żmien:

“Il-pajjiż kien tilef kull opportunità biex naslu għand min kienu l-Maltin bi sħab ma’ Queiroz, li issa se jkomplu n-negozju tagħhom għax tħallew scot free.”

Kompla biex jirreferi għall-ipokrezija ta’ wħud fl-Oppożizzjoni bla limitu li jagħtuk l-impressjoni fil-Parlament dwar l-integrità morali tagħhom mod. Imbagħad issir waħda mill-akbar qabdit tat-traffikar tad-droga, f’ammont li defittivament m’ghandhom x’jaqsmu xejn mal-ammonti li qed jitkażaw bihom f’din id-diskussjoni 146kg, valur ta’ madwar €20 miljun fis-suq malti, u min ikun wieħed mill-avukati!?… Proprju Jason Azzopardi li l-Kelliemi Nazzjonalista l-ħin kollu jirkeb wara dahru”, saħaq il-Ministru Attard.

Il-Ministru rrefera wkoll għall-ħidma tal-forzi ta’ pajjiżna f’dawn l-aħħar 3 ġimgħat biss fejn fost l-oħrajn:

  • Qabda kbira ta’ 146kg kokaina ġewwa l-port ħieles li kienet intenzjonata għas-suq Malti, u arrestati 4 irġiel.
  • Qabda ta’ 100kg oħra fil-port ħieles.
  • Ħabs għall-kolombjan li nqabad bid-droga fl-ajruport
  • Arrestata tfajla li nqabdet bid-droga fl-istonku ġewwa l-Ajruport; u
  • Persuna oħra inżammet arrestata mixlija li importat 14-il kilo kannabis.Elenku sħiħ ta’ rapport minn dawn l-aħħar 3 ġimgħat.

Il-Ministru għalaq biex jirringrazzja lill-Caritas Malta u l-fondazzjoni Oasi li provdew disponibbilità sħiħa mhux biss matul il-konsultazzjoni imma anke fil-laqgħat li segwew.

“Inħares ‘il quddiem biex fi stadju ta’ kumitat inkomplu nsaħħu din ir-riforma u nikkristalliżaw kwalunkwe emenda neċessarja biex verament ikollna riforma li toffri ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-dorga”, temm jgħid il-Ministru.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport