Sunday, December 22, 2024

Il-Ministru Attard jisħaq dwar ġustizzja fi żmien raġonevoli wara deċiżjoni li ħadet 18-il sena

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-każ li fih kienu mietu mara ta’ 60 sena u persuna Russa ta’ 24 sena f’San Pawl il-Baħar fis-sena 2004, liema imwiet seħħew wara li ġġarraf blokk ta’ appartamenti li ħdejh kien qed isir xogħol marbut ma’ kostruzzjoni, kellu żvolta fl-aħħar jiem meta l-kuntrattur u impjegat tiegħu f’deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell instabu ħatja u responsabbli għall-mewt taż-żewġ nisa 18-il sena ilu. Il-fatt li kellhom jgħaddu 18-il sena biex finalment il-proċess ġudizzjarju ingħalaq wassal għal diversi argumenti dwar id-dewmien.

F’kumment lil dan is-sit dwar dan il-każ il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard qalilna li “filwaqt li wieħed għandu jirrispetta l-indipendenza tal-istituzzjonijiet, bħalma hi dik tal-Qorti, jien dejjem sħaqt li għandna naraw li l-ġustizzja ssir, tidher li qed issir u ssir fi żmien raġonevoli.”

Ta’ min jgħid li l-Qorti tal-Appell waslet għal konklużjoni li l-waqgħa tal-blokka seħħet minħabba xogħol li kien għaddej maġenbha. Bit-tiġrif tal-blokka ta’ appartamenti  kienet mietet  Mary Zarb u Nadya Vavilova. Dawn kienu flimkien waqt li ż-żagħżugħa kienet qed titgħallem il-Malti f’lezzjoni privata mingħand din l-istess mara.

Fl-2009, kienet ingħatat sentenza ta’ tliet snin ħabs lill-kuntrattur, u ta’ 18-il xahar lill-impjegat tiegħu. Iż-żewġt’irġiel kienu appellaw din id-deċiżjoni.

Fl-aħħar jiem il-Qorti tal-Appell issa sabet lit-tnejn li huma ħatja li kkaġunaw mewt ta’ żewġ persuni minħabba negliġenza jew nuqqas ta’ ħila fix-xogħol. Bugeja ngħata sentejn ħabs filwaqt li Bonnici weħel sitt xhur.

Ekonomija

Sport