Thursday, March 5, 2026

Il-Ministru Bonett b’aġġonarment dwar l-MV Safeen Prestige li ntlaqat minn missili fl-Istrett ta’ Hormuz

Aqra wkoll

Fil-Parlament, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett qal li lbieraħ, għall-ħabta tat-3.09 p.m., vapur tal-merkanzija bl-isem MV Safeen Prestige li jtajjar bandiera Maltija u li jappartjeni lil kumpanija Eġizzjana, intlaqat minn żewġ missili waqt li kien għaddej mill-Istrett ta’ Hormuz.

Konsegwenza ta’ dan l-attakk, dan il-bastiment inħakem min-nirien primarjament fl-engine room. Il-vapur intlaqat fuq il-poppa ’l fuq mil-livell tal-baħar. “Għalkemm il-vapur ġarrab ħsarat relattivament kbar, il-baħħara abbord li kienu 24 – wieħed u għoxrin (21) ta’ nazzjonalità Eġizzjana u tliet ta’ nazzjonalità Ukrena ma sofrewx ġrieħi u ġew salvati mill-flotta navali tal-Istat tal-Oman,” spjega l-Ministru Bonett.

Huwa żied jgħid li fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi talab li jitlaqqa’ il-Kumitat tas-Sigurtà Marittima sabiex isegwu l-iżviluppi u jekk ikun hemm bżonn jaraw x’passi jeħtieġ li jittieħdu.

“Bħala pajjiż nerġgħu nappellaw għas-sigurtà u l-ħarsien tal-vapuri u aktar minn hekk tal-baħħara kollha li qed iwettqu dmirijiethom partikolarment dawk fuq bastimenti merkantili,” tenna l-Ministru Bonett.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport