Monday, December 22, 2025

Il-Ministru Bonnici bi żjara fuq is-sett tal-produzzjoni televiżiva ‘La Comtesse de Monte-Cristo’

Edmondo Dantes jirritorna għall-ħames darba f’Malta f’verżjoni moderna tar-rumanz klassiku tal-Konti ta’ Monte Kristo

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech żaru s-sett tal-produzzjoni televiżiva ‘La Comtesse de Monte-Cristo’.

‘La Comtesse de Monte-Cristo’ hija produzzjoni Franċiża ta’ livell għoli li tinkludi fiha tmien episodji ta’ 52 minuta-il wieħed. Il-produzzjoni nħadmet f’pajjiżna għal dawn l-aħħar tliet xhur.

Matul iż-żjara, il-Ministru Bonnici u l-Kummissarju Grech iltaqgħu mal-membri ewlenin tat-tim tal-produzzjoni, inklużi l-produtturi, id-direttur u l-atturi. Iltaqgħu wkoll mal-crew impjegat mal-produzzjoni, b’90% minnu huma Maltin.

Il-produzzjoni rat il-ġbid tagħha f’firxa wiesgħa ta’ postijiet ikoniċi Maltin, inkluża l-bajja tar-Riviera fil-Mellieħa, il-Pixkerija u t-Teatru Manoel fil-Belt Valletta, Miġra l-Ferħa fir-Rabat, Palazzo Parisio fin-Naxxar, u l-Forti Manoel fil-Gżira.

Matul iż-żjara, il-Ministru Bonnici enfasizza kif produzzjonijiet internazzjonali bħal ‘La Comtesse de Monte-Cristo’ jibqgħu jesponu l-wirt kulturali ta’ Malta, ir-rieda tagħna lejn aktar impjiegi ta’ kwalità għolja fis-settur tal-films filwaqt li jsostnu l-ekonomija.

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju Grech enfasizza, “Din il-produzzjoni hija eżempju ieħor ta’ kif irnexxielna ndawru l-industrija tal-films għal waħda li taħdem kuljum, b’aktar Maltin jaħdmu fiha s-sena kollha. Impenjati li nkomplu nattiraw produzzjonijiet internazzjonali li jġibu valur fit-tul lill-industrija tal-films f’Malta, filwaqt li nkomplu insaħħu l-infrastruttura u l-crews f’Malta.”

‘La Comtesse de Monte-Cristo’ hija interpretazzjoni kontemporanja tal-ktieb klassiku ta’ Alexandre Dumas. L-istorja sseħħ f’Marsilja fl-1815 xorta waħda, iżda din id-darba tpoġġi lil Mercédès Herrera fiċ-ċentru tagħha u tbiddilha minn figura traġika għal eroj tad-destin tagħha stess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport