Saturday, December 21, 2024

Il-Ministru Byron Camilleri jattendi għal-laqgħa informali tal-Ministri għall-Intern

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, attenda għal-Laqgħa Informali tal-Ministri għall-Intern fi Brussell. Il-laqgħa ffokat fuq il-futur tal-protezzjoni temporanja għall-Ukreni, l-użu tal-intelliġenza artifiċjali minn organizzazzjonijiet kriminali u r-rispons għall-kriminalità organizzata relatata mad-droga.

Il-Ministru Camilleri saħaq fuq l-importanza li jinżamm approċċ Ewropew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jġib miegħu l-kunflitt li għaddej fl-Ukrajna. Filwaqt li nnota l-fatt li l-protezzjoni temporanja minnha nfisha ġġib magħha numru ta’ sfidi, il-Ministru sostna kif dan l-istrument ippermetta lill-Unjoni timmaniġġja b’mod effettiv il-wasla ta’ persuni mill-Ukrajna mingħajr ma tgħabbi żżejjed is-sistema tal-ażil tagħna. Il-Ministru Camilleri tenna li filwaqt li l-estensjoni ulterjuri tal-protezzjoni temporanja tkun l-għażla ppreferuta, jistgħu jiġu esplorati alternattivi oħra, dejjem sakemm dawn jiġu applikati b’mod uniformi madwar l-UE.

Waqt id-diskussjoni dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali minn organizzazzjonijiet kriminali u l-impatt tagħha fuq l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, il-Ministru Camilleri enfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi jkunu mgħammra tajjeb, mhux sempliċiment biex jinvestigaw u jħarrku l-iżvilupp, l-iskjerament u l-użu ħażin tal-intelliġenza artifiċjali, iżda l-aktar importanti biex jipprevjenu u jiskopru l-AI minnufih sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet taċ-ċittadini.

Il-Ministri ddiskutew ukoll ir-rispons għall-kriminalità organizzata relatata mad-droga, fejn l-Ministru Camilleri laqa’ it-tnedija tal-European Ports Alliance bħala pass importanti kontra t-traffikar tad-droga.

Ekonomija

Sport