Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, kmieni s-Sibt filgħodu vjaġġa lejn Tripli l-Libja, sabiex jattendi għaċ-ċerimonja għall-unur tal-Ġeneral Muhammad Ali Ahmad Al-Haddad, li miet mewta traġika fl-aħħar jiem u ta’ dawk li kienu jinsabu fuq it-titjira.
Dan f’ġest ta’ rispett li jixhed ir-relazzjoni tajba bejn iż-żewġ pajjiżi, li kompliet tissaħħaħ fl-aħħar snin. Il-Ministru ta l-kondoljanzi f’isem pajjiżna lill-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibeh, lit-tmexxija tal-Ministeru tad-Difiża u l-Armata Libjana u lill-poplu tal-Libja.
Akkumpanjaw lill-Ministru Camilleri, l-Ambaxxatur Malti għal-Libja, il-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta u r-rappreżentant tal-Ministeru tal-Intern is-Sigurtà u x-Xogħol fil-Libja.

