Monday, December 23, 2024

Il-Ministru Caruana bi żjara uffiċjali ġewwa l-Libja

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Carauna lbieraħ żar Tripli, fil-Libja, fejn attenda għal diversi laqgħat mad-Deputat Prim Ministru Ahmed Maiteeq, mal-Ministru għall-Intern Fathi Bashagha, u mal-Ministu għat-Trasport Milad Maitouq.

Matul dawn il-laqgħat ġew diskussi diversi temi ta’ interess reċiproku għaż-żewġ pajjiżi, fosthom; il-konnessjoni tal-ajru bejn Malta u l-Libja, it-tkomplija tat-titjiriet tal-ajru tal-linja nazzjonali Air Malta minn u lejn il-Libja, it-taħriġ tal-impjegati fis-settur pubbliku Libjan f’pajjiżna, kif ukoll l-investiment bejn iż-żewġ pajjiżi.

Dawn iż-żjarat huma xhieda tar-relazzjonijiet tajbin li hemm bejn il-popli taż-żewġ pajjiżi.

Ekonomija

Sport