Intant f’aġġornament il-Ministru Clint Camilleri qal li l-vapuri ġew mfittxija u ma nsabu ebda bombi.
Qal li għal daqstant, il-vapuri kollha inkluż in-Nicholaus ser ikunu qiegħdin joperaw sabiex il-queues li nġemgħu jaslu fid-distinazzjoni tagħhom mill-aktar fis.
Aktar kmieni: Semgħathom jgħidu li kien hemm bomba fuq dgħajsa … sospiż is-servizz tal-Gozo Channel
Persuna li kien qed tistenna f’wiehed mit-terminal tal-Gozo Channel allegat li semgħet żewġ persuni barranin jgħidu illi kienet se sseħħ splużjoni fuq dgħajsa.
L-istess persuna telgħet abbord fuq il-Gozo Channel u marret fuq wiħed mill-membri tal-ekwipaġġ fejn qaltlu b’dak li kienet semgħet
Minnufih il-membru tal-ekwipaġġ informa lil kaptan u minn hemm bdiet it-tfittxija għall-allegat bomba
Aktar kmieni: Sospiż is-servizz tal-Gozo Channel minħabba theddida ta’ bomba
Is-servizz tal-Gozo Channel huwa sospiż b’mod temporanju minħabba theddida ta’ bomba.
Kien -il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri li ħabbar dan, permezz ta’ messaġġ fuq Facebook.
Il-Minsitru Camilleri qal li l-forzi tal-ordni qegħdin jinvestigaw.