Il-Ministru għat-Trasport Aaron Farrugia kkonferma li laqa’ l-istedina biex jingħaqad għal dawra bir-rota biex jiddiskutu l-isfidi, ir-realtajiet u anke l-opportunitajiet li jista’ jkun hawn f’pajjiż.
Il-Ministru Farrugia qal li hu li juża fil-ħin rikreattiv iħares ’l quddiem għal din l-istedina biex anke jiltaqgħu mat-tekniċi u jippjanaw għall-futur.
Dan wara li lbieraħ il-komunità Bulletproof stiednet b’mod uffiċjali fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook lill-Ministru Farrugia biex jingħaqad ma’ uħud miċ-ċiklisti gaħl dawra bir-rota f’uħud mit-toroq Maltin biex jesperjenza dak li jitlaqgħu miegħu ta’ kuljum dawn iċ-ċiklisti.