“Bi pjaċir nilqa’ l-aħbar li s-Sur Mario Borg ġie appuntat bħala s-Segretarju Permanenti l-ġdid fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar,” hekk kiteb il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri
Is-Sur Borg beda l-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku fl-1994. Fl-2004 issieħeb mad-Dipartiment tal-Economic Policy fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi. Fl-2015 kien appuntat Direttur tal-Istatistika Ekonomika fl-NSO u fl-2020 ingħata l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Gozo Regional Development Authority.
M’għandi l-ebda dubju li l-esperjenza u l-professjonalità ta’ Mario tul id-diversi karigi li ospita, se jkun qed jsarrafhom b’ħidma kbira fil-Ministeru.
“Nirringrazzja mill-qalb lis-Sur John Borg tal-ħidma tiegħu tul dawn is-snin. Persuna li ħdimna flimkien u nista’ ngħid li dejjem sibt sapport kbir mingħandu fl-implimentazzjoni tal-manifest tal-Gvern kif konvint li sabu l-Ministri kollha li ħadmu miegħu,” temm jikteb il-Ministru Camilleri.