Sunday, December 22, 2024

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu jgħid li Haftar lest jiffirma ftehim ta’ waqfien mill-attakki fil-Libja

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiiet Barranin Russu, Sergey Lavrov qal ilbieraħ filgħaxija li Khalifa Haftar jinsab lest li jiffirma ftehim ta’ waqfien mill-attakki fil-Libja. Min-naħa l-oħra, hu akkuża lill-Gvern ta’ Ftehim Nazzjonali li m’għandux ix-xewqa li jiffirma dan il-ftehim. 

Lavrov għamel dawn ir-rimarki f’laqgħa virtwali fejn kien qed jitkellem ma’ ministri oħra mill-Eġittu, mill-Kongo u mill-Afrika t’Isfel. Dan ġie rrapportat mill-aġenzija tal-aħbarijiet Russa TASS. 

Hu qal li meta f’Jannar talbu liż-żewġ mexxejja biex iwaqqfu l-attakki, il-qawwiet ta’ Haftar ma kinux lesti li jagħmlu dan, peress li bdew jaħsbu li huma l-aqwa forza fuq l-art. Min-naħa l-oħra qal li Al-Sarraj kien aċċettabbli li jiffirmaw. 

Qal li issa jidher li l-qawwiet ta’ Haftar huma lesti li jiffirmaw dan il-ftehim, iżda issa l-Gvern ta’ Tripli mhux lest li jwaqqaf dan il-ġlied u qed jibbaża fuq is-soluzzjoni militari. 

Intant, il-Ministru Russu qal li l-fatt li nħatar mibgħut speċjali permanenti għandu jgħin biex jonqsu t-tensjonijiet, għalkemm hu argument li l-Istati Uniti qegħdin ifixklu dan il-proċess tal-għażla tal-kandidati kif jiġu suġġeriti mis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Antonio Guterres. 

Skont Lavrov, il-mibgħut speċjali għal-Libja għandu jkun rappreżentant tal-Unjoni Afrikani. Saħaq li diġà għaddiet sena u s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda għadu ma jistax jappunta mibgħut speċjali peress li l-Amerikani qed jidħlu fin-nofs. 

Ekonomija

Sport