Il-Ministru tal-isport Franċiż, Amelie Oudea Castera, ikkundannat bil-qawwa kollha dak li ġara fl-Italja jumejn ilu waqt logħba tal-kampjonat bejn Lazio u Lecce mis-serie A Taljana.
Fil-fatt waqt l-imsemmija logħba, żewġ plejers ta’ Lecce, Samuel Umtiti u Lameck Banda, semgħu korijiet razzisti li ffastidjaw mhux ftit liż-żewġ plejers.
Castera qalet li turi solidarjeta’ sħiħa ma’ dawn iż-żewġ plejers filwaqt li qalet li suppost fl-isport m’hemmx post għar-razziżmu.