Il-kwistjoni tal-‘fast ferrry’ bejn Malta u Għawdex tqajmet fil-Parlament fejn id-Deputat Nazzjonalista, Kevin Cutajar staqsa lill-Ministru għat-Trasport Ian Borg biex jipprovdi informazzjoni dwar f’liema stadju wasal il-proġett.
Dan il-proġett kien suġġett għal għadd ta’ kwistjonijiet bejn dawk interessati għat-tender.
Il-Ministru għat-Trasport, Ian Borg wieġeb li “dan hu servizz li kien hemm diversi sejħiet għalih. Hemm kumpaniji li qed iqajmu għadd ta’ kwistjonijiet ta’ x’mudell se jintgħażel. L-impenn tagħna hu li din il-wegħda titwettaq ukoll.”