Friday, October 25, 2024

Il-Ministru jikkomunika mal-uffiċjal midrub … se jiġi operat fil-ħin li ġej

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Trasport, l-infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia għadu kemm ikkonferma li kkomunika mal-uffiċjal midrub fl-inċident li seħħ aktar kmieni fil-limiti tar-Rabat. Farrugia qal li jinsab infurmat li l-uffiċjal ta’ TM se jkun qiegħed jiġi operat fil-ħin li ġej wara li safà milqut minn vettura waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

12:00 p.m: Uffiċjal ta’ TM l-Isptar wara inċident fir-Rabat

Uffiċjal ta’ Transport Malta kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tad-9:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Infetti, fil-limiti tar-Rabat. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 46 sena residenti n-Naxxar kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Hyundai Tucson meta laqat mutur ta’ Transport Malta li kien qed jintuża biex tingħalaq it-triq. Konsegwenza ta’ dan l-mutur waqa’ u laqat lill-uffiċjal ta’ 51 sena. 

Huwa ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport