Saturday, June 22, 2024

Il-Ministru Jonathan Attard jattendi għall-Kunsill tal-Ministri Ewropej għall-Ġustizzja

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard attenda għall-Kunsill tal-Ministri Ewropej għall-Ġustizzja li ltaqa’ ġewwa l-Lussemburgu.

F’diskussjoni li żvolġiet fil-Kunsill dwar proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-direttiva li titratta l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal, il-Ministru Jonathan Attard, filwaqt li laqa’ l-armonizzazzjoni tal-qafas leġiżlattiv, għamel il-pożizzjoni ta’ Malta waħda ċara.

“L-abbuż u l-isfruttament sesswali, speċjalment meta jinvolvi t-tfal, huma reati gravi bi ħsara rriversibbli lill-vittmi. Għaldaqstant, b’mod ġenerali, Malta tilqa’ r-rispons b’saħħtu u effettiv propost mill-Kummissjoni, li jinkludi estensjoni tal-perjodi ta’ preskrizzjoni u anke jieħu inkonsiderazzjoni żviluppi bl-intelliġenza artifiċjali,” stqarr il-ministru.

Huwa nnota li l-liġijiet Maltin diġà jikkriminalizzaw materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal iġġenerat bl-Intelliġenza Artifiċjali, però tenna l-impenn ta’ Malta li taħdem fuq kwalunkwe tibdil biex ikompli jissaħħaħ il-qafas leġiżlattiv sabiex tibqa’ tiġi mtejjba l-protezzjoni tat-tfal kontra dawn it-tipi ta’ reati.

Fuq l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri kien hemm ukoll dibattitu dwar il-proposta tal-Kummissjoni li qed tipproponi regoli ġodda għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur fost l-istati membri tal-UE. Il-ministru fisser din id-diskussjoni bħala importanti u dan għaliex jittrattaw l-istabbiliment u r-rikonoxximent tal-istat ta’ ġenitur f’każijiet ta’ maternita’ surrogata f’sitwazzjonijiet trasfruntieri. Huwa tenna illi l-għan ta’ dan ir-regolament huwa li jiġu provduti salvagwardji adegwati li jsaħħu l-protezzjoni tat-tfal f’sitwazzjonijiet transkonfinali u li jiġi żgurat il-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom.

L-aġenda ta’ dan il-Kunsill kienet tinkludi suġġetti oħra bħat-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata u l-aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport