Il-Kaptan Clifford Chetcuti ressaq ir-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru Air Malta fuq raġunijiet personali.
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri rringrazzja lil Clifford Chetcuti għax-xogħol tajjeb li wettaq sabiex isaħħaħ il-linja tal-ajru matul dawn l-aħħar sentejn.
Huwa faħħar lill-Kaptan Chetcuti għar-reżiljenza tiegħu u l-impenn personali sabiex imexxi l-kumpanija fi żminijiet ta’ sfida.
Anke jekk il-gvern Malti għandu fiduċja sħiħa fil-Kaptan Chetcuti, id-deċiżjoni tiegħu qiegħda tkun rispettata.
Il-Kaptan Chetcuti se jkompli jkun ta’ appoġġ għall-kumpanija sakemm l-Air Malta tappunta Kap Eżekuttiv ġdid. Huwa offra l-appoġġ inkondizzjonat lejn il-linja nazzjonali abbażi ta’ ebda remunerazzjoni.