Friday, November 14, 2025

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss

Aqra wkoll

F’kumment li ta lill-midja, il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi qal li huwa informa lill-Prim Ministru Robert Abela li mhux beħsiebu jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan sabiex ikun jista’ jiddedika aktar ħin mal-familja u jirritorna lura fil-professjoni tiegħu.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li bħalissa huwa qed jiffoka fuq it-twettiq tad-dmirijiet ministerjali li ġew fdati lilu mill-Prim Ministru. Huwa tenna jgħid li se jibqa’ joffri s-servizzi tiegħu lill-Partit Laburista bħalma dejjem għamel tul dawn l-aħħar 30 sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport